Natal Attard Bayliss ilu nieqes mix-xandir mill-2003, sittax-il sena sħaħ. Imma donnu l-ġimgħa li għaddiet għamel ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni f'żewġ intervisti separati, hekk kif deher fuq il-programm X'Sar Minnhom? li jixxandar kull nhar ta' Ħamis fuq TVM u wkoll fuq Prime Time ta' Owen Bonnici fuq ONE.

Natal jitkellem dwar il-fatt li hu kellu inferiority complex minħabba l-fatt li kien twil u anke għaddha minn żmien ta' bullying minħabba dan, hu jistqarr li x-xandir għenu jegħleb dan kollu. Beda bħala continuity announcer u mbagħad mexa għal programmi taż-żagħżagħ.

Jistqarr li laħaq ħa żbalji wkoll inkluż waqt trasmijssjonijiet live, "min ma jagħmel xejn ma jiħux żball". Hu jistqarr li jiddispjaċihx li waqaf għax illum il-ġurnata jemmen li nbidel ħajtu nbidlet kompletament.

L-ewwel programm tiegħu kien Ċaqlaq, fejn Natal jistqarr li wara li ħareġ il-programm kien irċieva ittra mingħand Albert Marshall li dak iż-żmien kien il-kap tax-xandir fejn jgħid li "saflaħħar qed jara programm frisk, żagħżugħ fuq it-televiżjoni Maltija."

Wara li tilef lil oħtu, ħabta u sabta x-xahar li għadda sar iħares lejn il-ħajja b'lenti differenti ferm. Jemmen li wieħed għandu jgawdi l-mument.


Gwida.mt