Ħafna drabi nisimgħu biss tgergir fuq dawk li jżommu l-ordni fil-pajjiż iżda jagħmlu ħafna mal-poplu Malti u kultant l-apprezzament lejhom mhux daqstant! Min igerger fuq ħaġa u min igerger fuq oħra!

Fabio Agius jgħaddi ringrazzjament lill-Pulizija ta' Ħal Qormi! Hu jikteb, "Nixtieq ngħid grazzi u proset tal-effiċjenza lill-Pulizija tal-Għassa ta' Ħal Qormi għax kelli daqsxejn ta' problema żgħira u solvejta bis-saħħa tagħhom."

Hu jkompli jgħid, "Naf li affarijiet żgħar, għax spiċċaw custmer care miegħi, però napprezza, għax sfortunatament nisma' u nara ħafna posts negattivi fuq il-Pulizija inġenerali, però vera ma tistax titfa' lil kulħadd f'borma waġda. Komplu għaddejjin bil-ħidma tajba tagħkom."

Facebook / The Malta Police Force


Emil Calleja Bayliss