Il-viċi sindku ta' Birżebbuġa Josette Busuttil kitbet messaġġ mill-qalb f'għeluq snin il-preżentatur tar-radju Luca Lorenzo. Luca huwa persuna li jġib spirtu pożittiv kull fejn ikun, u llum il-ġurnata huwa personalità maħbuba speċjalment fuq ir-radju.
"Luca, Il-ġurnata tal-lum hija tiegħek, u min qalbi nixtieqlek għeluq sninek mimli ferħ u imħabba għax jekk hemm xi ħadd li jistħoqqlu dan kollu, żgur li hu int - persuna b’qalb tad-deheb u dejjem b’kelma sabiħa għal kulħadd," kitbet Josette.
Iżżid dwar id-diversi kwalitajiet sbieħ li għandu l-preżentatur fosthom l-entużjażmu li juri meta jwettaq xi ħaġa. Josette tinsab tant kuntenta u kburija bih bħala l-maħbub ta' bintha, li dejjem ikun hemm għaliha ta' appoġġ.
"U fuq kollox, napprezzaw minn qalbna l-preżenza tiegħek fil-ħajja ta’ binti (u ta’ Belle). Kemm hi xxurtjata li għandha lil xi ħadd li tant iħobbha, jidħak magħha, u jkun ta’ sapport għaliha f’kull ħaġa."
Awguri Luca!