Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan għadu kif għamel att bżonnjuż b’risq l-ambjent tagħna. Fuq il-paġna ta’ Facebook, ġie mħabbar li “l-Kunsill żera pjanti fl-aħħar parti tal-Promenade u għadda sistema ġdida ta’ irrigation.”

L-għan ta’ dan kollu hu biex il-Kunsill isebbaħ il-lokalita tiegħu. Iżda b’appell, ġie miktub “napprezzaw li ma jkunx hemm vandaliżmu.” Dan l-aħħar qed ikun hawn bosta atti ta’ vandaliżmu f’Malta - jista’ jkun li dan hu reazzjoni għall-istress li qed takkawża l-pandemija?

Facebook/Kunsill Lokali San Giljan


Nicole Barbara