Sfortunatament, ilbieraħ ħarġet l-aħbar li ħalliena missier Kevin Scicluna fl-età ta’ 70 sena. Kevin kiteb messaġġ ta’ ringrazzjament kif ukoll id-dettalji tal-funeral tal-għażiż missieru.

“Napprezzaw ħafna l-imħabba u l-appoġġ kollu li rċevejna matul dan iż-żmien diffiċli,” hu kiteb. “Il-quddiesa tat-tifkira għall-maħbub missierna se ssir nhar ut-Tlieta, 10 ta’ Diċembru fit-3:00pm fil-Knisja ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.”

Ġentilment nitolbu li dawk li jattendu jżommu lura milli jilbsu l-iswed, peress li nixtiequ niċċelebraw ħajtu b’kuluri li jirriflettu l-ferħ li ġabilna. Grazzi talli żammejtuna fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Kevin u l-familjari tiegħu.

Facebook/Kevin Scicluna


Bernard Xuereb