Illum ġurnata tassew speċjali għal Wayne u t-tim ta' Espresso. Dan għaliex qed ixxandru l-1,500 programm minn meta beda dan il-programm. Wayne ħalla messaġġ fuq il-mezzi soċjali biex ifakkar dan is-suċċess tal-programm, li minkejja xi sfida 'l hawn u 'l hemm baqa' għaddej.

Wayne kiteb, "Illum ser inwassal l-1,500 Espresso! Nammetti li qatt ma emmint u qatt ma pjanajt li dan il-programm ser jasal s’hawn. Bdejna fl-2015 u minn dakinhar ma waqafna qatt, la fis-sjuf, la fil-festi u wisq anqas fil-pandemija. Espresso huwa impenn ta’ kuljum li nkunu qrib ħafna segwaċi li jagħżlu li jsegwuna. Privileġġ li b’dan il-programm insir parti mill-familja ta’ bosta Maltin u Għawdxin. Grazzi lil kull min b’xi mod jemmen fina."

Awguri għal aktar suċċess.

Facebook / Wayne Aquilina


Emil Calleja Bayliss