Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, qalu s-signor si Fabian u Sarah. Mark u Fabian ilhom ħbieb għal bosta u bosta snin, ftit jiem biss wara li dawn saru ta' xulxin Mark iddeċieda li jaqsam xi ħaġa mal-mara ta' Fabian.

Hu kitbilhom, "Skużani Sarah Cachia... nammetti li jien irqadt ma’ Fabian Demicoli. Kif qed tara. U mhux darba. F’dar-ritratt kien taħti. Imma ġieli kien fuqi wkoll. Sorry. Minħabba f’hekk lil Fabian nafu sew, u nista’ ngħidlek li qatt f’ħajtu ma rajtu ferħan daqs kemm rajtu ferħan kemm ilu li ltaqa’ miegħek."

Ma nafux fejn kien sejjer moħħkom imma Fabian u Mark ilhom jafu lil xulxin twil twal u l-ħbiberija tagħhom hi waħda speċjali. Mhux hekk biss, imma barra li għamlu bosta snin kollegi, kellhom iċ-ċans ukoll li jsiefru flimkien u jaqsmu tant u tant avventuri sbieħ.

Mark ikompli jikteb, "Ħallejt ftit ġranet jgħaddu għax ma xtaqtx nawguralkom għat-tieġ. Ridt nawguralkom għaż-żwieġ, għax iż-żwieġ huwa l-bqija ta ħajjitkom flimkien. Ibqgħu ħobbu lil xulxin għal dejjem. Intom magħmulin għal xulxin u huwa unur li nista' ngħid li jien ħabib tagħkom. Inħobbkom! Awguri."


Emil Calleja Bayliss