Il-kelba ta' Tiziana Calleja u r-raġel tagħha Clayton Psaila tar-razza Australian Sheperd; Nala għadha kif iċċelebrat l-ewwel sena tagħha. U għal din l-okkażjoni, Tiziana flimkien ma' żewġha Clayton ħadu ħsieb ilibsuha kappell għall-festin u ppreparawlha kejk fin.

Għelbitna l-kurżità għaliex fit-titlu kitbet 'wonderful tasty cake' u allura, l-mistosqija tiġi waħedha. Tgħid daquh il-kejk ta' Nala Tiziana u Clayton? Staqsejna lil Tiziana u qaltilna li ħadet biċċa u għoġobha. Bix-xieraq hux, mal-kelba jiċċelebraw il-patruni tagħha! Xi ħlew! wuff wuff

Ritratt: Facebook/ Tiziana Calleja


Clifford Galea