Ira Losco, il-mentor ta' Destiny f'X Factor Malta ħallietilha messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali biex tawguralha l-isbaħ xewqat għall-wirja tal-lejla. Ira li rrappreżentat lil Malta darbtejn, żgur taf x'hemm bżonn biex f'avventura bħal din tmur tajjeb.

Ira tibda billi tgħidilha, "Sabiħa tiegħi int djamant prezzjuż. Il-vuċi tiegħek hija t-tieqa għar-ruħ inkredibbli tiegħek. Kull darba li niltaqa' miegħek inkun irrid ngħaffiġlek wiċċek għax int tant ħelwa imma dak li jgħaġġibni huwa kemm int dejjem lesta li tieħu minn kull esperjenza. Dejjem lesta biex titgħallem. Dan juri l-ambizzjoni bla waqfien kif ukoll umiltà - il-bilanċ perfett."

Ira tkompli tgħid lil Destiny, "Ma tieħux XEJN bħala fatt u int perfezzjonista. L-etika tax-xogħol tiegħek hija matura b'mod inkredibbli għat-tfajla tal-età tiegħek u għandek tbissima għal kulħadd. Illejla huwa lejl tiegħek. Il-kompetizzjoni qatt mhi faċli imma għandek dak li hemm bżonn. Imma dak li hu tant speċjali huwa li kull min iħobbok u jimpurtah minnek qed jappoġġjak."

Fl-aħħar tagħlaq, "Malta tagħlaq l-Ewwel Semi Finali fil-Eurovision illejla bil-banger Je Me Casse! Naħseb li salvaw l-aqwa għall-aħħar. Awguri Destin, u lit-tim dedikat ħafna ta' Malta."

Facebook / Ira Losco


Emil Calleja Bayliss