Sfortunatament ħallietna Vincenza Attard, eks-sindku tal-kunsill lokali tal-Gżira. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, kitbet il-kondoljanzi tagħha.
“Nagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Vincenza Attard, eks-sindku tal-Gżira li dejjem ħadmet għal ġid tal-lokalità,” kitbet Buttigieg. “Tistrieħ fis-sliem.”
l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u Membru Parlamentari Michael Falzon, ukoll kiteb messaġġ. “nsellem il-memorja ta’ Vincenza Attard li serviet ħafna fil-komunita’, speċjalment meta kienet sindku tal-Gżira. Kondoljanzi lill-familja kollha tagħha.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ukoll nagħtu l-kondoljanza lill-qraba u ħbieb ta’ Vincenza.
Facebook / Rebecca Buttigieg / Michael Falzon