Bħal-lum 28 sena ilu bdiet ir-relazzjoni ta’ mħabba bejn il-koppja tant ħelwa Chris u Moira.

Matul il-vjaġġ tagħhom bħala koppja, Chris u Moira ħolqu bosta memorji sbieħ flimkien, kemm fil-ħajja personali tagħhom u anke fil-karriera tagħhom tal-mużika. Moira kitbet post fejn fakkret dan il-jum u fakkret ukoll il-memorja ta’ żewġha Chris li ħalla din id-dinja fi Frar li għadda.

Qalet li matul iż-żmien huma qasmu diversi mument sbieħ u taf li xi darba u x’imkien hi u Chris se jerġgħu jiltaqgħu. “Imma llum irrid niccelebra lilek u l-memorji tagħna tal-mużika, gost, daħq u avventuri. Nimmisjak.”

Facebook / Moira Stafrace


Gwida.mt