Permezz ta’ post ħelwa, l-kantant Malti Kevin Borg wera l-apprezzament tiegħu lejn żewġ professjonisti li l-għajnuna tagħhom kienet waħda kbira għalih meta riċentament sfortuntament hu weġġa’ siequ!

Hu żied jgħid li avolja dawn it-tnejn ma jħobbux jiġu mfaħħra, hu xorta waħda kellu jikteb dan il-messaġġ ta’ ringrazzjament għaliex l-għajnuna tagħhom kienet waħda kbira!

Hu qal ukoll li kienet l-għajnuna ta’ dawn it-tnejn li għamlet possibbli l-irkupru tiegħu fejn apparti żewġ professjonisti dedikati hu sab ukoll il-ħbieberija!

Hija ħaġa tajba li wieħed juri l-apprezzament tiegħu ma’ dawn il-ħaddiema tas-saħħa li żgur li huma tant dedikati f’xogħolhom!

Nittamaw li tkompli miexi l-quddiem!


Charlton Cefai