Jumejn ilu ħriġna artiklu dwar il-fatt li s-Suq tal-Belt ma jaċċettax pets ġewwa. Wara li ħafna esprimew li huma kontra d-deċiżjoni, membru mill-istaff tas-Suq tal-Belt kklarifika ftit is-sitwazzjoni.
Il-membru spjega lil Gwida.mt li “s-Suq tal-Belt huwa kunċett fejn għandek 12-il kċina miftuħa madwar il-post u għalhekk bħala raġuni ewlenija għas-saħħa u s-sigurtà mhuwiex rakkomandat li jkollok annimali ġewwa.”
Minkejja dan, “Aħna naċċettaw guide dogs u għandna żona fuq barra għal kull min iġib il-pets,” żvela hu. “Aħna m'aħniex kontra l-annimali domestiċi imma nixtiequ aktar li niżguraw ħtiġijiet tas-saħħa u s-sigurtà relatati mal-ikel.”
Taqbel ma’ dawn ir-regoli tas-saħħa u s-sigurtà, jew taħseb li għandhom jiġu riformati? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Is-Suq tal-Belt Valletta Food Market