Ilbieraħ fuq Love Island Malta rajna t-tfajliet ibusu lill-ġuvintur u din l-isfida ħolqot ftit diskussjonijiet mhux ħażin. Kien hemm min raha sempliċiment logħba filwaqt li kien hemm ra aktar minn hekk.

Iżda lil hinn minn dan, Kyle spiċċa f'konversazzjoni ma' Nicola fejn bażikament ikkonferma r-raġuni għala spiċċa telaq id-dar Nate u mhux Dale. Kyle jgħid lil Nicola, "Naħseb li l-unika raġuni li Dale għadu hawn wara l-eliminazzjoni hi minħabba li jirrispettawk. Dak li naħseb jien."

Fil-pront taqbeż Gabrielle u tikkonferma dak li qal Kyle fejn tgħid, "Tkellimna dwarha u għadna li għażilna lil Dale għal Nic. Mhux għalih. Għal Nic." Ftit qabel Kyle kien għadu kif qal lil Nicola li probabbli r-raġuni prinċipali li ma ġewx ivvutati mal-aqwa tliet koppji kienet minħabba l-fatt li n-nies qed jaraw xi ħaġa li mhux tikkonvinċihom.

Kyle lil Nicola jgħidilha li l-iżball li qed tagħmel hi li qed tara ċertu affarijiet mingħandu iżda mhux qed tagħti ċans lill-parteċipanti oħra.

Wieħed jista' jara l-episodju tal-bieraħ HAWN.

TVM / Love Island Malta


Gwida.mt