F'Malta meta jaslu l-festi kulħadd tista' tgħid ikollu memorji marbutin ma' snin mill-passat.

Luca Lorenzo, magħruf għall-filmati li jtella' ta' Tektek xeħet ritratt u biċċa minn djalogu li kien ikollu man-nanna tiegħu f'dawn iż-żminijiet. "Na, int nieżla l-pjazza llejla?" - "Ruħi, jekk ma ninżilx jien, tista' ma ssirx il-festa".

Luca juża' dawn iż-żewġ linji biex jenfasizza kemm jinħass in-nuqqas tagħha llum il-ġurnata kif ukoll għall-fatt li din is-sena vera mhux ser issir bħas-soltu l-festa ta' San Lawrenza fil-Birgu.

Kuraġġ Luca u l-ammiraturi kollha tal-festi! Għad jiġi ż-żmien fejn nerġgħu niddevertu b'rasna mistrieħa. 


Kyle Zarb