Kif konna ħabbarna aktar kmieni, il-Muxu bħalissa jinsab fuq btala flimkien ma' ommu u jidher li lbieraġ kien qed iħossu xi ftit ma jiflaħx. Hu qal li kellhom vjaġġ ta' 13-il siegħa biex jaslu Bangkok u wara xi ftit dewmien waslu fil-post ilbieraħ filgħodu.

View this post on Instagram

A post shared by Muxu (@muxumusic) on

Sfortunatament ma setgħux jidħlu fil-lukanda qabel n-nofsinhar u għalkemm kienu għajjenin ħafna, iddeċidew li jgawdu l-aħħar ftit jiem ġewwa t-Tajlanda. Grazzi għal dan hu jgħid: "spiċċajna f'dan il-post inkredibbli li qatt ma kont fih qabel."

Minn dan joħroġ spunt li wieħed għandu verament iħaddan: "Ħafna drabi l-affarijiet ma jmorrux kif  nippjanaw, iżda l-mod kif nirreaġixxu għal sitwazzjoni hija kollha f'idejna, fiduċja fi kwalunkwe vjaġġ li tkun għaddej u tipprova tgawdih. Anke jekk mhux dejjem nifhmu dan."


Emil Calleja Bayliss