Johann Mifsud huwa raġel maħbub immens li għadu kif ħalliena ftit ilu. Fil-fatt fl-aħħar sigħat bdew it-tislimiet u bosta ħbieb u qrabat ħallewlu messaġġ.

"Kemm kont tieħu gost kieku dis-sena tara lill-Inter jerġgħu jirbħu league. Mur erga għannaq lil ommok u lil missierek". Dan kien kliem l-ex-sindku ta' Ħaż-Żebbuġ u mara tal-Membru Parlamentari Alex Agius Saliba, Sarah Agius Saliba, li kienet minn tal-ewwel li sellmet il-memorja ta' Johann.

Xi ħbieb kitbulu li kienu għadhom kif ikellmuh ftit ilu u ma jistgħux jemmnu kif ħalliena bħal sajjetta fil-bnazzi. Strieħ fis-sliem għażiż. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.


Kyle Zarb