Il-mudella ċkejkna Francesca Rausi hi tifla li d-determinazzjoni u l-kariżma tagħha jispiraw lil ħafna. Għal dawn il-karatteristiċi u aktar ħafna jammirawha, u bla dubju dejjem tirċievi għadd ta' kumplimenti għat-talent tagħha.

Ilbieraħ il-mudella kellha laqgħa speċjali immens mal-E.T. l-Arċisqof Charles J. Scicluna! Ommha Michelle tefgħet ritratt għall-okkażjoni bħala sinjal ta' apprezzament.

Hi kitbet, "Francesca ltaqgħet mal-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna"

Francesca kontinwament ikollha diversi opportunitajiet u anke jirnexxielha tagħmel unur lit-talent lokali speċjalment bi prestazzjonijiet barra minn xtutna. Fil-waqt li nawgurawlha għal aktar suċċessi, nifirħu lil Francesca għal din l-okkażjoni speċjali li kellha.


Kyle Zarb