Bħalissa bosta Maltin li għandhom għal qalbhom il-mużika qed jistennew bi ħġarhom Mużika Mużika, festival tal-kanzunetti Maltin. Il-paġna uffiċjali ta’ Mużika Mużika llum żvelat l-artisti tas-Serata tal-Klassiċi.

Fuq il-paġna kitbu, “Dawn il-kantanti se jkunu qed jaqsmu l-palk mal-parteċipanti ta’ Mużika Mużika waqt is-serata tal-Ġimgħa 28 ta’ Marzu. “

L-artisti huma: Leontine, Frank O’Neill, Eleanor Cassar, Joe Carr, Annalise Sciberras, Klinsmann, Catherine Vigar, Federica Falzon, Thea Garrett, Augusto Cardinali, The New Victorians, Amber, Hermann Bonaci, Luisana, Nadine U Charlotte Bartolo, Mary Spiteri, u Fabrizio Faniello.

Fuq il-paġna spjegaw ukoll li Mużika Mużika huwa organizzat minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Se ssegwu lil dawn l-artisti brillanti waqt Mużika Mużika intom?

Facebook / Mużika Mużika


Gabriella Borg