"'Mr Lelio Illum Int Twassalni D-Dar!' Mhux Soltu Jkolli Stedina Bħal Din… Kif Ħerġin Mix-Xatba, Tilmaħna Omm It-Tifel." – Lelio Spiteri

Is-surmast Lelio Spiteri għal darb’oħra qasam mument ħelu li seħħ fl-iskola li jmexxi, hekk kif student wera tant fiduċja fih. Jafdah tant li qallu biex iwasslu d-dar hu.

“Fuqi resaq Mariano. ‘Mr Lelio illum int twassalni d-dar!’ Mhux soltu jkolli stedina bħal din. ‘Tridni nwasslek? Immorru!’ weġibt. Qabadli idi u kompla, ‘Issa nimxu flimkien.’,” jikteb Lelio. Beda jitkellem miegħu waqt li mexjin, sakemm ommu rathom u ndunat bil-fiduċja tat-tifel fis-surmast.

“‘Ara issa, dan x’kien illum?’ Irrakkontajt l-istorja fi ftit kliem. ‘Biex irraġuna hekk it-tifel sinjal li int fil-good books tiegħu.’ Tajtu lil ommu u komplejt mat-tfal l-oħrajn…,” kompla jikteb Lelio. Prosit Lelio li tkun tant ta’ eżempju tajjeb għall-istudenti!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI