Is-segwaċi ta' Money Heist - La Casa De Papel żgur li jinsabu ħerqana mmens dan għaliex din is-sensiela tirritorna proprju llum llum fuq Netflix. Kriminal magħruf bħala l-Professur għandu pjan sabiex jikser ir-rekord ta' kemm jipprintja biljun ġewwa Spanja.

Sabiex jasal għal pjan tiegħu, jqabbad tmien persuni b'abiltajiet varji u li ma għandhom xejn x'jitilfu. Il-grupp ta' ħallelin jieħdu numru ta' ostaġġi biex jgħinu fin-negozjati tagħhom mal-awtoritajiet, li minn naħa tagħhom iħejju sabiex isibu mod kif jaqbdu lill-Professur. Il-ħallelin jispiċċaw jippreparaw ruħhom għall-konfrantazzjoni mal-pulizija.

Dan hu t-tieni staġun ta' din is-sensiela u r-raba' parti li ħafna u ħafna segwaċi madwar id-dinja kienu qed jistennew. Ma setgħetx ġiet f'ħin aħjar. Tgħid l-istorja kif ħa tkompli?

Facebook / Money Heist


Emil Calleja Bayliss