Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, Moira Delia żvelat xi ritratti mill-ġurnata tat-tieġ ta’ Ira Losco u Sean Gravina. Ira u Sean iżżewġu s-Sibt li għadda 30 ta’ Novembru.

Fil-messaġġ qasir tagħha lil Ira, Moira kitbet: “Il-Brun iżżewġitli. Ħabbejt kull minuta! Inħobbkom it-tnejn Ira u Sean”. Moira żgur li ħadet gost, għax waħda mill-hashtags kienet #superfunwedding.

Jidher li għalkemm iċ-ċerimonja kienet waħda żgħira u privata, kien hemm ħafna gost! Dan kollu jintwera fir-ritratti li kixfet Moira. Il-mistednin jidhru qed jidħku, jikkummidjaw u jippużaw. Jien naħseb mhux grokk wieħed biss kellhom ġo fihom!

moira
Ritratt: Facebook/Moira Delia

Kull min kien mistieden it-tieġ ta’ Ira u Sean vera ffurtunat. Jidher li kien tieġ speċjali wisq.

Facebook/Moira Delia


Nicole Barbara