Jekk trid titlef il-piż quddiem xi film tad-dwejjaq jew qsim il-qalb, din żgur li hi aħbar tajba għalik! Milli jidher skont skudju riċenti, il-biki emozzjonali jgħinek titlef il-piż. Din l-aħbar ħarġet minn AsiaOne li skont l-istudju hemm rabta bejn l-ormoni u ż-żieda tal-livell tal-kortisol.

View this post on Instagram

A post shared by Caavo (@caavo) on

Dawn l-ormoni jibdew jaħdmu hekk kif wieħed jneħħi dawn l-emozzjonijiet permezz tal-biki! Barra minn hemm, William Frey, xjentist famuż skopra li dmugħ relatat mal-istress jista’ jnaddaf sustanzi tossiċi fil-ġisem. Allura, waqt żmien stressanti jew emozzjonanti, il-ġisem jitnaddaf bil-biki!

Milli jidher hemm ħin partikolari fejn dan il-proċess jaħdem aktar, bejn is-7 u l-10 ta’ flgħaxija. Ħadd ma jħobb jibki, imma milli jidher bikja darba fil tajba u taf tkun ta’ benefiċċju għalik. Ma nafux kemm dan l-istudju hu minnu, imma mhux noqgħodu nibku ftit forsi naraw xi differenza meta nitilgħu fuq il-miżien.

Instagram / Simonicacaldas


Emil Calleja Bayliss