Big Brother Malta kważi wasal biex jagħlaq xahrejn mill-bidu tiegħu, u s'issa s-sorpriżi ma naqsux. Fuq il-midja soċjali kontinwament jiġu ppubblikati diversi aġġornamenti jew aħbarijiet mid-dar ta' Big Brother, u llum ninsabu preparati għal dak li ser jiġri llejla.
Fuq il-paġna tħabbar, "Avviż Importanti ILLEJLA fuq il-Programm ta' Kuljum! X'jista' jkun? Ixgħel TVM+ fid-20:45 biex issir taf!" S'issa kulma nafu huwa li Ira hi l-Head of House għal din il-ġimgħa, iżda ma nafux jekk għandhiex x'taqsam mal-avviż tal-lejla.
Segwu!
Instagram/ bigbrothermalta