Sfortunatament bħala riżultat tat-tisħin globali u t-temperaturi estremi li hawn fid-dinja, il-livelli tal-baħar qegħdin kulma jmur, jogħlew, għaliex idubu l-glaċieri tas-silġ.  

Il-UNESCO, permezz ta’ studju riċenti, ħabbret li qed jiżdied ir-riskju li fit-30 sena li ġejjin, isaħħ xi tsunami fil-Baħar Mediterran; il-baħar li l-gżejjer Maltin jinsabu fiċ-ċentru tiegħu.  Dan għaliex il-livell tal-baħar mistenni jogħla iktar minn metru.   

Fost il-postijiet imsemmija li jinsabu l-iktar fir-riskju li jintlaqtu huma Marseille, Alexandria u Istanbul, iżda għalkemm Malta ilha ‘l fuq minn mitt sena ma tintlaqat minn tsunami, bniedem avżat, nofsu armat, u għalhekk tajjeb li nkunu infurmati.

Taħsbu li dan kapaċi jolqot lil Malta?


Marija Bellia