Ta' kull filgħodu, Gerald Fenech u z-Zija TT jagħtu aġġornament ta' kemm hemm każi pożittivi. Jidher li llum għandu jkun jum pożittiv għal pajjiżna għax il-każijiet misjuba huma inqas minn dawk li nstabu tul l-aħħar jiem.

Fuq il-profil tagħha, skont is-sorsi li għandha, iz-Zija TT tgħid, "Bonġu ħbieb tiegħi, illum żgur ħa nieħdu nifs 'il ġewwa sas-6.00 kien hemm 25 persuna pożittiva għall-Covid-19 u li żgur hu li ħa jkun hemm inqas minn 50 persuna, kif dejjem ngħidilkom għamlu kuraġġ ħbieb tiegħi."

Gerald Fenech mill-banda l-oħra jgħid li hemm madwar 30 persuna pożittiva u r-rata ta' trasmissjoni f'pajjiżna baqgħet ta' 0.5, li hi rata tajba ħafna. Hu interessanti li naraw jekk ir-rata u l-każijiet jiżdidux kif pajjiżna jibda jiftaħ bil-mod mill-ġimgħa d-dieħla.

Fin-12:30, joħroġ l-aġġornament uffiċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa, fejn ikollna aktar dettalji.


Emil Calleja Bayliss