Jidher li t-temp sajfi din is-sena ħa jżid il-bżonn li mmorru l-baħar nixxemxu, hekk kif mistenni sajf sħun ħafna!

Malta Weather iħabbru li, "Dan is-Sajf mistenni li jkun Sajf SĦUN ĦAFNA f'Malta u Għawdex hekk kif firxa ta' pressjoni għolja fuq l-Afrika ta' Fuq tiddomina l-Mediterran b'numru ikbar mis-soltu ta' ġranet fejn it-temperatura taqbeż il-35°Ċ! Madankollu, hemm ċans li jkun hem firxa ta' arja relativament iktar frisk fuq il-Baħar Libjan għal xi żmien dan is-Sajf u dan jista' jwassal għal instabbiltà mhux tas-soltu madwar iċ-ċentru tal-Mediterran!"

Lest għal sajf sħun jew int it-tip li s-sħana ma tiflaħhiex?


Kyle Zarb