Il-paġna uffiċjali Malta Weathe ħabbret dettalji rigward it-temp mistenni għal għada l-Ħadd f'Jum L-Omm.
Fil-fatt jidher li ħa tibda l-ġurnata b'temp sabiħ akkumpanjat mis-sħab, li iżda kapaċi jaqleb għal wieħed imsaħħab. "It-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira sabiħ bis-sħab għoli aktar tard li jiżdied u jsir pjuttost imsaħħab tard billejl b' riħ mix-Xlokk Forza 3 li jiżdied għal Forza 4." L-inqas temperatura ser tinżel sa 16°C mentri l-ogħla waħda li se jkollna hi ta' 25°C.