Il-paġna Malta Weather ħabbret dwar it-tbassir tat-temp għall-Ħamis, 20 ta' Jannar 2022. It-temperaturi fl-aħħar jiem kienet waħda kiesħa u jidher li dawn ser jippersistu.

"It-temp mistenni jkun ftit imsaħħab bil-probabilta' ta' xi ftit xita għall-ewwel u b'riħ mill-Punent il-Lbic Forza 3 li jiżdied għal Forza 4." Apparti minn hekk il-paġna tirrapporta li l-inqas temperatura ser tkun dik ta' 9°C, mentri l-ogħla titla'sa 15°C.

Kumparat mal-jiem li għaddew, it-temperatura kompliet tiksaħ dejjem iktar hekk kif l-ogħla temperatura mbassar għal dan l-aħħar kienet viċin ldik imbassar bħala l-ogħla għall-jiem li ġejjin.


Kyle Zarb