Il-paġna It-Temp Madwarna tikteb, "Marzu ta’ 100 sena ilu (1925) tniżżel fir-rekords nazzjonali bħala l-aktar wieħed milwiem b’178mm ta’ xita mkejla (jew 7 pulzieri). Tipikament f’Marzu jinżlu madwar 45mm (jew ftit anqas minn 2 pulzieri)."

Huma jkomplu, "Ħarsitna nxteħtet fuq nhar il-Ġimgħa 7/3, fejn mistennija ġurnata xita tal-art u riħ ftit qawwi (Forza 5-6) mix-Xlokk (SE), grazzi għal sistema ta’ maltemp li minn fuq il-Marokk u Spanja se tersaq lejn it-Tuneżija u eventwalment fuq Malta. Dakinhar mistenni jinżel l-ammont kollu tal-medja klimatika għal Marzu, f’ġurnata."

Ħudu ħsieb!


Emil Calleja Bayliss