Wara li riċentament ġiet irrappurtata l-istorja tal-mara Amerikana f’Malta li ħajjitha tinsab fil-periklu, bosta reazzjonijiet qamu fuq il-midja soċjali.

Russell Sammut kien fost dawk li aktar kmieni qajjem diversi punti dwar kif in-nies ikunu lesti biex jiġġudikaw, jitfgħu dell ikrah fuq dak li jkun jew anke jużaw ċerti paroli b'intenzjoni ħażina.

Russell jgħid, "Ahjar tghalqu naqra halqkom u tifthu naqra mohhkom u imqar taqraw dwar l-artiklu u il-kaz... u qabel tkunu taf l-istorja kollha tparlawx ghax turu kemm inthom injoranti! Misskom tisthu tiehdu vantagg mic-tbatija ta haddiehor ghal agendi tghakhom..."

gf

Sors: Facebook/ Russell Sammut

Reazzjonijiet Oħra

F'post ilbieraħ Alessandro Farrugia kiteb, “Jien favur il-ħajja. Iżda m’iniex favur sitwazzjoni fejn tarbija, li kważi inevitabbilment ser tmut, qiegħda toħloq riskju gravi ħafna għall-ħajja tal-omm.”

Hu stieden lin-nies ipoġġu ruħhom fiż-żarbun ta’ omm din il-mara fejn qal “Aħseb li kieku dik l-omm kienet bintek. Kieku tagħżel li ma taghmel xejn u tħalli kollox f’idejn id-destin?” Staqsa wkoll “meta ser nibdlu l-mentalita’ ipokrita u uħud mill-liġijiet drakonjani li għandna?”


Kyle Zarb