Il-Prinċep George, ta’ disa’ snin, qal lil sħabu tal-klassi, "missieri se jkun Re allura aħjar toqogħdu attenti." Hu jifhem li xi darba se jieħu t-tron iżda xorta waħda għadu t-tfal. Dan ħareġ fi ktieb dwar il-familja rjali minn Katie Nicholl li tistqarr li George u ħutu qed jitrabbew b'sens kbir ta' dmir lejn pajjiżhom.

F'dan il-ktieb Nicholl żiedet tgħid li filwaqt li l-Prinċep George xi darba se jkun re, il-Prinċep u l-Prinċipessa ta’ Wales qed jippruvaw ma jtaqqluhx b'wisq responsabbiltajiet għalissa. “Qed irabbu lil uliedhom, partikolarment lill-Prinċep George, b’għarfien ta’ min hu u l-irwol li se jiret, iżda huma ħerqana li ma jtaqqluxhom b’sens ta’ dmir,” tikteb Nicholl.

"George jifhem li xi darba se jkun re u bħal tifel ċkejken għadda rimarka mal-ħbieb tal-iskola, b'linja li ħadd ma stenna mingħandu: "Missieri se jkun re, allura aħjar toqogħdu attenti".

Facebook / George, Prince of Wales


Emil Calleja Bayliss