Missier Nicola, Richard Warr, ftit minuti ilu għamel intervent fuq il-grupp ta' Facebook Love Island Malta Posting Community li fih qasam il-frustrazzjoni tiegħu bil-kritika kattiva ta' ċerti nies.

Huwa kiteb: "Jiġri x'jiġri llejla, huwa inaċċettabbli li wieħed jgħajjar u jitkellem b'mibegħda kontra Dale u l-parteċipanti l-oħra. Hemm mod matur kif tista' taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar dak li se jiżvolġi fil-programm tal-lejla, kif għandek dritt tagħmel."

Ħafna nies fil-kummenti faħħruh u sejħulu ġentlom, filwaqt oħrajn qalulu li qed ikun ħanin wisq. Din mhux l-ewwel darba li s-Sur Warr ikkummenta dwar il-programm li fih qed tieħu sehem bintu stess, u dejjem wera ċertu irġulija fi kliemu.

Aqra dak li kiteb HAWN.

Facebook / Richard Warr & Love Island Malta


Bradley Cachia