Riċentament, il-paġna ta’ Miss Universe Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ritratt ta’ Miss Universe Malta Beatrice Njoya tilaqa’ mal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono. It-tim tal-istess paġna qalu, “x’unur li niltaqa’ mal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u ma’ żewġha fil-ballu August Moon li seħħ fil-Palazz Verdala b’risq il-Malta Community Chest Fund.”
Miss Universe 2024 li ser ikun it-73 edizzjoni ta’ dan il-konkors se jsir ġewwa Mexico City fil-Messiku fis-16 ta’ Novembru. Is-serata preliminari se ssir fl-14 tal-istess xahar. Pajjiżna se jkun rappreżentat minn Beatrice Njoya li ftit tal-ġimgħat ilu rebħet Miss Universe Malta.
Faceook/Miss Universe Malta