Riċentament, Miss Universe Malta 2024 kienet fuq il-programm Popolin fejn tkellmet dwar kummenti li rċiviet fuq il-mija soċjali. Tkellmet dwar li fatt li anke uliedha raw dawn il-kummenti fejn binha saħansittra wieġeb xi kummenti b’maturita kbira.

Bdiet billi qalet, “Sfortunatament, in-nies malajar lesti jiġġudikaw fejn l-ewwel reazzjoni mhux li tipprova tifhem xinhu jiġri. L-ewwel reazzjoni tkun li tiġġudika u tikteb diskors ta’ mibgħeda. Għandna ħafna nies li huma għorrief aktar milli għerf, u dawn in-nies mhumiex interessati li jinfurmaw ruħhom qabel jitkellmu. Kelli ħafna, ma nsejħilhomx kummenti negattivi għax mhumiex negattivi imma huma diskors ta’ mibgħeda.”

Żiedet, “Għajruni tgħajjir, fejn uliedi, illum qegħdin fis-seklu 21 fejn sfortunatament għandna t-tfal fuq il-midja soċjali, fuq TikTok, kullimkien, it-tfal tiegħi qegħdin hemmm ukoll u jien staqsejt lili nnifsi kif qed iħossuhom li qed jaqraw dawn il-kummenti dwar ommhom. Għalkemm jafuni, xorta waħda jweġġgħu. Ibni ġibidli l-attenzjoni fejn qal, “Ma, taf li qiegħda fuq TikTok” fejn għidtlu li ma nafx.”

Kompliet billi żiedet li qalilha li ħafna min-nies qed jitkbu ħafna messaġġi ta’ mibgħeda. Żiedet, “Gidtlu ħa nara u rajt lil xi ħadd iwieġeb il-messaġġi. Għidt min hi din il-persuna li qed twieġeb b’ħafna maturita? It-tifel beda jidħak ħdejja, u qalli “dan huwa l-account tiegħi. Ftaħt wieħed falz biex inwieġeb għal dawn il-messaġġi.” Kont kburija bil-kummenti li beda jikteb bħal, ‘isma, ma taħsibx li inutli tikteb dak li qed tikteb fuq din il-persuna li l-anqas taf u li qatt ma ltqajt magħha? Ma taf xejn dwar ħajjitha imma qed tikteb dawn it-tip ta’ kummenti. Fl-aħħar mill-aħħar, inutli’ għax kulma qed tgħid mhux se jbiddel il-fatt li hija r-rebbieħa tat-titlu ta’ Miss Universe Malta’ u għalhekk inħossni tassew fil-paċi miegħi nnifsi u kburija b’ibni.”

Facebook/Miss Universe Malta


Charlton Cefai