Din is-sena inqala’ pandemonju għax rebħet tfajla mill-Veneżwela it-titlu ta’ Miss Universe Malta 2019. Li ftit kienu jafu li Teresa Ruglio kienet għaddiet minn burraxka ta’ attivitajiet koroħ.

In-nanna tagħha tmut il-Veneżwela minħabba s-sitwazzjoni li hemm bħalissa fil-Veneżwela. Imma l-istorja ma tiqafx hawn. Fil-programm Sibtek li xxandar nhar is-sibt li għadda, Alan wieħed mill-orgiżżattur ta’ Miss Universe Malta qal… “Forsi ftit jafu, Teresa għaddiet minn sitwazzjoni tal-familja tagħhom li tilfu lil ħuha ż-żgħir Bruno. Ommha tant ħaditha bi kbira li tilfet wieħed mit-tfal tagħha li ma kinitx qed toħroġ mid-dar. Kien maqtul. L-ewwel ħarġet mid-dar kienet biex tiġi taraha u tissaportjaha f’Miss Universe Malta. Li irnexxielha terġa ġġib il-ferħ fil-familja tagħha bit-titlu hija xi ħaġa sabiħa u ta’ min japprezzaha. Forsi qabel nikkritikaw inkunu nafu l-istorja ta’ dak li jkun”.

Fid-diskors tar-rebħa, Teresa tgħid… “Nemmen li meta tafda lilek innifsek u tiffoka biss fuqek tista’ tirbaħ kollox! Din il-kuruna mhux il-kuruna tiegħi biss, qed nilbisha għal dawn ħuti” waqt li rreferiet għal-parteċipanti kollha li kienu qed jieħdu sehem.

Aħna nawguraw lill-ambaxxatriċi Maltija f’dan il-konkors hekk prestiġjuż. Tista' tara l-intervista ta' Sibtek hawn: 

L-Arkiviji PBS u Eurovisionfest


Anthony Baldacchino