Issa li Miss Malta Kim Pelham għamlet unur lil pajjiżna ġewwa Spanja bil-prestazzjonijiet tagħha imiss li terġa' tagħmel isem sabiħ ġewwa l-Filippin.

"Miss Malta, Kim Pelham se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-konkors tas-sbuħija Miss Earth li se jkun qed isir fil-Filippini, post fejn il-konkors tas-sbuħija huma stmati ħafna."

Miss Earth hija waħda mill-akbar pageants globali u t-tim ta' Miss Malta jinsab ħerqan biex jipparteċipa fiha din is-sena. It-tħejjijiet għal dan il-pageant ilhom għaddejjin sew għal xi żmien. It-tim għażel fawna Maltija partikulari li Kim se tkun qed tirrappreżenta f'Miss Earth.

Awguri kull suċċess Kim!


Kyle Zarb