Wara ħafna nuqqas ta’ qbil dwar il-kelma ‘kant’ li ma ġietx aċċettata biex tintuża fil-Eurovision Song Contest 2025, għax tinstema simili għall-kelma oħra ingliża, Miriana Conte fl-aħħar żvelat it-titlu l-ġdid tal-kanzunetta tagħha. Kien hemm ħafna ħsibijiet differenti dwar x’se jkun dan it-titlu, fosthom li jaf tuża kunjomha ‘Conte’.

Issa uffiċjalment ġie żvelat l-isem il-ġdid tal-kanzunetta. Minflok ‘Serving Kant’ id-diska issa jisimha ‘Serving’. Dan it-titlu ġie aċċettat mill-EBU u b’hekk din se tkun id-diska li se nibgħatu għall-Eurovision Song Contest biex tirrapreżenta lil Malta.

Apparti minn hekk, se jkun qed jiġi żvelat filmat uffiċjali ta’ din id-diska għada fuq Youtube fis-sitta ta’ filgħaxija. Dan ifisser li għada se niskopru wkoll kif inbidlet il-kanzunetta biex ma tintużax il-kelma ‘kant’. Taqblu ma’ dan it-titlu l-ġdid?

Facebook / Miriana Conte


Gabriella Borg