Ilbieraħ filgħaxija waqt X Factor stajna naraw x’livell għoli hemm fil-kompetizzjoni. Rajna uċugħ ġodda kif ukoll oħrajn li hemm min diġa jaf x’kapaċi joffru.
Fil-każ tal-grupp ‘Chord’ magħmul minn Miriana Conte, Rhiannon Micallef u Luana Gatt, għandna tlett vuċijiet tal-ġenn li qablu perfettament flimkien. Miriana u Rhiannon huma fost dawk il-kantanti li fil-passat rajnihom jikkompetu fil-Malta Eurovision 2017 u 2018.
Jidher li t-tlieta li huma jinsabu kuntenti bl-għażla li jingħaqad dan il-grupp l-aktar wara li lbieraħ għaddew għall-fażi li jmiss. Fuq il-profil tal-Facebook tagħhhom il-kantanti tal-grupp ‘Chord’ urew kemm jemmnu fil-grupp.
Miriana, kontestanta li rajniha fl-ewwel edizzjoni tal-X Factor wkoll tikteb “Tassew kburija b’dak li ksibna”.
Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil dawn il-kantanti aktar suċċessi speċjalment f’din il-kompetizzjoni!