Miriam u Selwyn ġew fir-raba’ post fit-tieni staġun ta’ Love Island. Minħabba ċerti argumenti li kellhom fil-villa, huma rċevew bosta kummenti jikkritikawhom, speċjalment lil Selwyn, u għalhekk Miriam iddeċidiet li tiċċara l-affarijiet.
Miriam bdiet il-filmat billi qalet, “Jien ġejt hawn biex nispjega s-sitwazzjoni li kelli fuq Love Island ma’ Selwyn u kif ġew jidhru ċerti argumenti, rajna l-kummenti tagħkom u mill-filmati tagħna fuq l-episodji nirrealizza kif ġew jidhru ċerti affarijiet għaliex ġejt nidher qisni jien ma weġibtux lura, rajtuha biss minn lenti waħda. Kien hemm drabi fejn l-argumenti bdew għax jien inkun għedt xi ħaġa, li huma affarijiet normali.”
Dwar l-argument li kellhom meta Selwyn kien għaddej minn ġurnata diffiċli minħabba li kien qed jiftakar fil-memorja ta’ ħuh li ħalla d-dinja fi tfulitu hi qalet, “Filgħaxija kont staqsejtu nistgħux nitkellmu, iżda ma missnix għamilt hekk għax stajt nistenna sal-għada. Il-karattru tiegħu kif deher fuq love island bħala ċajtier u dejjem hemm għal kulħadd huwa vera. Napprezza min ħa ħsiebi iżda rċevejt xi kummenti li għalija li kont fl-esperjenza u fl-argumenti kienu wisq għalija. Tridu tifhmu li aħna umani wkoll u l-kummenti xorta jibqgħu jaffettwawna. Qatt ma kien agressiv u għadu s’issa mhuwiex lanqas.”
Hi kompliet, “Barra qed nidraw lil xulxin iżda jien naf li hu mhux kien deher fil-villa. Ġie pinġut mod iżda mhuwiex il-verita. Dan il-messaġġ huwa biex niċċara l-affarijiet u ngħidilkom li dejjem għandkom tkunu tafu iż-żewġ naħat.”
Instagram/ miriamxmuscat