Mhux faċli li tagħmel lista ta' dawk il-mumenti l-iktar li spikkaw f'ħajjet xi ħadd, imma l-album ta' Miriam Christine li għadu kif ħareġ fis-suq lokali ftit tal-jiem ilu ċertament li joħodna fuq vjaġġ, vjaġġ ta' ħajjitha.

Aħna ta' kurjużi li aħna staqsejna lil Miriam għal dawk il-mumenti li spikkaw, li nistgħu nsejħulhom il-milestones f'ħajjitha. Milestones mhux biss fil-karriera tagħha imma wkoll dawk il-mumenti sbieħ li għexet fil-ħajja personali tagħha.

Meta ġejt addottata minn Reġina u Leli fl-1979 - Magħmudija fil-Bażilika tax-Xagħra mill-Isqof Nikol Cauchi

L-ewwel ġurnata tal-iskola lura fl-1981 -St. Francis school Xagħra

L-ewwel darba li kantajt fl-1984 - Il-każin tal-banda Victory Xagħra

Meta ġibt iċ-ċertifikat tal-pjanu fi grad 8 fl-1994 - Konservatorju tal-Isqof Victoria Għawdex

Meta rbaħt l-Festival Kanzunetta għall-Ewropa - 1996

Meta rrappreżentajt lil Malta fil-Eurovision Song Contest u ksibt l-10 post fl-1996 - Oslo Norveġja

Meta l-mamà u l-papà għalqu 25 sena miżżewġin (1998)

Meta ltqajt għall-ewwel darba mal-mamà tal-Brażil, ħuti u l-familji tagħhom fl-2003 -Goias, Brazil

Meta twieled it-tifel Rio fl-2006 - Għawdex

Meta tlajt il-Junior Eurovision Song Contest fl-2009 ma’ Francesca u Mikaela - Ukrajna

Meta twieldet it-tifla Luna fl-2016 - Sptar Mater Dei

Aħna nirringrazzjaw lil Miriam li qasmet dawn il-memorji sbieħ magħna, memorji li kellha tul is-snin. Ħadna gost ngħixu l-memorji miegħek! Grazzi mill-qalb!


Gwida.mt