Il-kantanta Miriam Christine li rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Conest tal-1996 għadha kif ħabbret li ħa tkun qed tniedi remix tal-kanzunetta In A Woman's Heart. Il-kanzunetta orġinali b'kliem ta' Alfred C. Sant u mużika ta' Paul Abela kienet spiċċat fl-għaxar post ġewwa Oslo!
Miriam mistennija toħroġ din il-kanzunetta llejla ġewwa Pjazza San Ġorġ bħala waħda mill-mistiedna ewlenin tal-Malta Pride. Fuq il-palk Miriam ħa tkun akkumpanjata mis-Southville Dancers taħt id-direzzjoni Christian Scerri. Barra t-tnedija ta' din il-kanzunetta, Miriam ħa tkun qed tniedi wkoll vijdow bil-lirika animata.
Aġġornat: Tingħata libsa ġdida 23 sena wara li xejret il-bandiera Maltija! Awguri Miriam! Prosit lit-tim kollu wara din il-kanzunetta li tistgħu taraw hawn u tisimgħu hawn taħt!