Jidher li l-kobba qed tkompli titħabbel fil-kummiedja televiżiva jew kif inhi magħrufa fil-‘black comedy’: Elf Metodu.

L-istorja li drajna jidher li qed toqrob lejn tmiem għall-għarrieda. X’ser jiġri mit-trio; karen, Jen u Jo li tant drajna narawhom spalla għal xulxin u jaħmu kollox flimkien. Mid-dehra ser jiġri xi ħaġa bejniethom iżjed milli diġà ġara.

Fejn qed tisparixxi Jen? Jo kif qed joħodha din l-affari?

U Alistair għaliex qed jirrabja ma’ Maggie? Kameras moħbija? U ejja!!!

F’Elf Metodu ta’ nhar il-Ħadd li ġej fuq ONE ser naraw koppja ġdida: Angie u Vince u mid-dehra Karen se sservi t’għajnuna għal din Angie.

Nistennew u naraw. Waħda isbaħ minn oħra!

Ritratti: Elf Metodu/Facebook


Clifford Galea