DBA Entertainment, il-kumpanija li tipproduċi s-sensiela Division 7 fuq ONE, f'Ottubry se tirritorna b'żewġ staġuni oħra bħalma dejjem ġara f'dawn l-aħħar tliet snin. Il-puntati l-ġodda se tkunu tistgħu ssegwuhom mill-Erbgħa 2 ta' Ottubru, fit-20:30 fuq ONE.

Fl-iskeda li jmiss, DBA Entertainment qed tikkommetti ruħha li twassal lit-telespettaturi tnejn mill-isbaħ staġuni, jekk mhux l-isbaħ tnejn, li qatt ixxandru s’issa f’Division 7 u dan għaliex issa l-istorja waslet f’punti jaħarqu ħafna fejn apparti li fihom hemm involuti ħafna mill-karattri prinċipali tagħha, dawn waslu quddiem deċiżjonijiet, jew parti kruċjali f’ħajjithom, fejn dak li jmissu jiġrilhom, se jaqilbihlom ħajjithom ta’ taħt fuq!

Fl-aħħar staġuni rajna ftit sitwazzjonijiet intriganti u forsi anki xokkanti, fosthom lil Franġisku li għalkemm taħt għassa stretta, xorta rnexxielu joqtol lill-Madre tal-istitut Pepprina kif imqabbad minn Monsinjur Michael. Iżda din id-darba rajna lill-Ispettur Cachia flimkien ma’ żewġ kollegi tiegħu, jaslu wiċ imb'wiċċ proprju ma’ Franġisku bl-armi ppuntati lejh.

Iżda kif eżatt kienu se jaqbduh, l-Ispettur Cachia laqat spaga b’saqajh li dehret li kienet imqabbda ma’ bomba! Fl-istaġun li jmiss se naraw kif se tkompli din l-istorja u jekk Franġisku għal darb’oħra jirnexxilux jaħrab, jew din id-darba jinqabad biex jiffaċċja l-konsegwenzi tal-atroċitajiet li wettaq?

Sitwazzjoni oħra li ltqajna magħha hija dik ta Fr. Renè, Ray, L-ispettur Matthew u Luċija. Fr. Renè wara li sar jaf li Ray huwa missieru, mar quddiem id-dar tiegħu biex jiffaċċjah u bl-intenzjoni wkoll li jikxef il-verità kollha quddiem martu, jiġifieri li jgħarrafha li r-raġel tagħha Ray għandu relazzjoni ma’ mara oħra u saħansira anki għandu tifel minn tagħha.

Fil-ħin u l-mument li kien ser jagħmel dan, jasal Matthew flimkien ma’ ibnu Troy u Rita, u malli ħarġet il-mara ta’ Ray minn darha għax semgħet l-għajjat, Matthew sejħilha bħala “Ma”. Hemmhekk Fr. Rene, wara mument qasir ta’ ħsieb, għamel one plus one, u fehem li hu u Matthew jiġu aħwa mill-istess missier għax il-mara ta’ Ray, tiġi omm Matthew, allura Ray jiġi missier Matthew wkoll.

Matthew li għadu ma ndunax b’din il-ħaġa għax ovjament ma semax il-konfront li kien hemm ftit sekondi qabel bejn Ray u Fr. Renè, qiegħed hemm wieqaf quddiem ħuh u missieru u ommu li kien ilu snin twal ma jara.

Kif se tiżolġi din l-istorja se narawh ukoll fl-istaġun li jmiss. Se jsir jaf il-verità Matthew? Kif se joħodha? Kif se jirreaġixxi Ray jekk Fr. Renè jinkixef kollox quddiemu? X’se jkunu l-konsegwenzi? Se jasal issa Fr. Renè jgħid dak kollu li jaf quddiemu?

Fil-ħin u l-mument li kien ser jagħmel dan, jasal Matthew flimkien ma’ ibnu Troy u Rita, u malli ħarġet il-mara ta’ Ray minn darha għax semgħet l-għajjat, Matthew sejħilha bħala “Ma”. Hemmhekk Fr. Rene, wara mument qasir ta’ ħsieb, għamel one plus one, u fehem li hu u Matthew jiġu aħwa mill-istess missier għax il-mara ta’ Ray, tiġi omm Matthew, allura Ray jiġi missier Matthew wkoll.

Matthew li għadu ma ndunax b’din il-ħaġa għax ovjament ma semax il-konfront li kien hemm ftit sekondi qabel bejn Ray u Fr. Renè, qiegħed hemm wieqaf quddiem ħuh u missieru u ommu li kien ilu snin twal ma jara.

Kif se tiżolġi din l-istorja se narawh ukoll fl-istaġun li jmiss. Se jsir jaf il-verità Matthew? Kif se joħodha? Kif se jirreaġixxi Ray jekk Fr. Renè jinkixef kollox quddiemu? X’se jkunu l-konsegwenzi? Se jasal issa Fr. Renè jgħid dak kollu li jaf quddiemu?

L-aktar parti forsi xokkanti li ltqajna magħha lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda hija is-sitwazzjoni li tinsab fiha Julia, omm Amir. Washak, li jiġi hu Mahmoud, niftakru li ġie mxewwex minn Abdullah u bil-moħbi minn Hassan, li Amir kien dak li qatel lil ħuh Mahmoud, u l-aħjar vendetta li jistgħu jagħmlu biex ipattu għal dan il-qtil huwa li jweġġgħu lil Amir fl-aktar punt vulnerabbli tiegħu, iġifieri joqtlulu lil ommu Julia.

Washak, wara li aċċetta li jagħmel dan, telaq lejn Malta proprju ma’ Abdullah u wara li ftiehmu ma’ Hassan biex ibiegħdu lil Amir mid-dar tiegħu ħalli ma jkollu l-ebda tip ta xkiel biex iwettaq il-pjan makabru tiegħu li jaqta’ ras Julia, Washak mar proprju d-dar tiegħu u rnexxielu jidħol mingħajr ma jarah ħadd.

Waqt li kien qiegħed ġewwa bilqiegħda jħares lejn Julia f’għajnejha, nisslilha biża’ kbir fuqha meta qalilha eżatt dak li kien se jiġri, iżda kif eżatt kien se joqtolha, jinfetaħ il-bieb ta’ barra u tidħol Samira.

Samira, li m’għandhiex idea tal-preżenża ta’ Washak ġewwa d-dar, tersaq innoċentement lejha u Washak, li sadanittant kien laħaq staħba biex ma tarahx, qabeż fuqha u beda jissara magħha sakemm intilfet minn sensiha.

Kif ħeles minn Samira, reġa’ mar fuq Julia iżda għal darb’oħra, xi ħadd waqqfu milli jkompli. Xi ħadd mar jgħajjat mal-bieb ta’ barra u minn kliemha smajna li hija Mandy flimkien ma’ binha Nicky. Washak, li ma kienx jaf b’Mandy u wisq inqas li Amir għandu tifel, kaxkar lil Samira fil-kamra tas-sodda u mar jiftaħ il-bieb.

Wara parlant qasir bejniethom, fejn introduċa ruħu bħala carer ta’ Julia, stedinhom jidħlu ġewwa biex jistennew lil Amir għax skontu ma kienx baqagħlu ħafna biex jiġi lura, u ħallejna lil Nicky dieħel ġewwa proprju kif xtaq Washak.

Kif se tkompli din l-istorja? Se jirnexxilu Washak jeħles minn Julia kif ippjanat? Samira baqgħet ħajja wara li rajnieha tintilef minn sensiha? Mandy u Nick se jeħilsu minn taħt idejh Washak? Jew se jispiċċaw b’xi mod vittma tiegħu? Jista’ jkun li Amir jilħaq jasal lura qabel Washak ikompli jwettaq il-pjan tiegħu u b’xi mod jevita din it-traġedja milli sseħħ?

Dan u ħafna aktar se jogħġob lit-telespettaturi kollha ta’ din is-sensiela fejn il-produtturi wiegħdu li x-xogħol li qiegħed isir matul il-ġranet sħan tas-sajf huwa garanzija ta’ prodott ta’ livell għoli ħafna bħalma kien f’dawn l-aħħar tliet snin ta’ Division 7.

Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fir-rivista l-Gwida li toħroġ kull ġimgħa u ssibuha għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin.


Gwida.mt