Riċentament, l-attriċi u preżentattriċi tant brava Eileen Montesin li żgur m’għandha bzonn ta’ ebda introduzzjoni, ikkonfermat mas-sit Malti Lovin Malta li f’Ottubru li ġej se tkun qed tniedi sitcom ġdid bil-Malta li l-għeruq tiegħu jmorru lura għas-sena 2006 fejn inħolqot il-frażi li kulħadd sema biha, Ara Doris!
Il-frażi Ara Doris kienet spiċċat meme nazzjonali u issa, Montesin ikkonfermat li l-filming għal dan is-sitcom diġa beda. Din il-frażi kienet intqalet minn Montesin stess fis-sena 2006 meta hi kienet qed tiftah il ftuħ tal-Karnival f’ Malta u minn dakinhar baqgħat frażi popolari ma’ bosta Maltin!
Eileen Montesin kienet ikkonfermat li din Doris hija waħda mara Doris Pandolfino li hi tammiraha ferm! Kienet qalet ukoll li Doris kienet sens ta’ inspirazzjoni f’ kif hi rabbiet lil uliedha!
Tassew ħerqana biex insegwu dan is-sitcom li se jkun parti mill-programm ta’ Eileen u familtha stess Family Affair TV fuq NET TV!