Il-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza stampa ħabbret li minn nhar it-Tnejn li ġej ħa jiżdied dettall ieħor fl-informazzjoni li tingħata ta' kuljum. L-importanza issa ħa tkun qed iddur fuq it-tilqim u b'hekk ta' kuljum ħa jibdew iżidu din l-istatistika.

Il-Professur Gauci tistqarr li dan hu importanti għax sa nhar it-Tnejn, Malta ħa tkun laqqmet aktar minn 2% tal-popolazzjoni Maltija u hu importanti li l-poplu jkun infurmat kemm nies qed jitlaqqmu ta' kuljum.

Hi kkonfermat ukoll li l-mezzi internazzjonali tal-aħbarijiet ħabbru xi statistiċi li ma kinux korretti u dawn ġew emendati wara li saret il-kommunikazzjoni meħtieġa.

Facebook / Charmaine Gauci


Emil Calleja Bayliss