Permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, il-kantanti ċkejknin Ike u Kaya xxerjaw mas-segwaċi tagħhom sett ritratti mill-isbaħ tagħhom lebsin il-kostumi tal-karnival.
Tista tgħid li kull ma’ jagħmlu dawn iż-żewġ ċkejnin jagħmluh flimkien hekk kif ilbieraħ kienu parti minn grupp ta’ żeffiena fil-Karnival li bħalissa qed isir f’diversi lokalitajiet f’ Għawdex u f’Malta.
Ike u Kaya kienu serqu l-qlub ta’ ħafna nies fl-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent fejn kienu saħansittra waslu sal-finali. Ftit wara huma spiċċaw rebħu l-Malta Junior Eurovision u rrapreżentaw lil pajjiżna f’ Pariġi.
Ta’ età tant żgħira diġa kisbu wisq fil-karriera mużikali tagħhom, persważ li għad fadlilhom ħafna suċċessi x’jiksbu! Awguri għall-futur!