Is-sena l-oħra il-finali ta' X Factor spiċċat ġlieda kontra Għawdex u l-Belt Valleta, b'Michela Pace u Owen Leuellen fil-finali! Aħna ħsibna biex naraw ftit minn fejn huma l-parteċipanti li għandna jikkompetu din is-sena!
Għandna taħlita l-ġmiel tagħha fost il-parteċipanti ta' din is-sena! Iċ-ċentru ta' Malta jiddomina ftit mhux ħażin; sfortunatament din is-sena ma għandna l-ebda parteċipant minn Għawdex allura tista' tgħid li l-Għawdxin wara li rebħu s-sena l-oħra jinsabu barra mit-tellieqa din is-sena! Ħa nibdew kategorija, kategorija!
Il-kategorija tat-tfajliet għandna lil Destiny, Jasmine u Justine Shorfid. Destiny hi minn Birkirkara, filwaqt li Jasmine hi mill-Iklin għalkemm bħalissa residenti l-Qawra filwaqt li Justine Shorfid toħdna għan-naha ta' isfel ta' Malta, Raħal Ġdid!
Fil-kategorija tas-subien għandna lil Dav.Jr, Karl Luke Schembri, Kyle. Dav.Jr mill-lokalità tal-Mosta, filwaqt li Karl minn Ħal Qomi u Kyle jerġa' joħodna għan-naħa ta' isfel lejn Birżebbuġia.
Il-kategorija tal-overs għandha lil Celine Agius, Ed u lil Paul Anthony. Dawn it-tlieta kollha miċ-ċentru, Celine Agius minn San Ġwann, Ed mis-Swieqi filwaqt li Paul Anthony minn Naxxar. Kollha mill-istess akwati ta' din il-kategorija!
Mill-banda l-oħra fil-kategorija tal-gruppi għandna taħlita mhux ħażin! F'din il-kategorija għandna lil Bloodline, FAITH u Yazmin&James. Nibdew bid-dwetti. Yazmin toħodna n-naħa ta' fuq ta' Malta għax hi mill-Mellieħa filwaqt li James hu mill-Għargħur. Bloodline, Samira mill-Mosta u Julia mil-lokalità ta' Ħ'Attard!
Il-grupp FAITH mill-banda l-oħra għandu varjeta mżewqa waħda u sew! Ema toħodna lejn in-naħa t'isfel ta' Malta għax hi minn Marsaskala, Demi hi mill-Belt Valletta, Meghan mill-Marsa, Chanelle mill-Birgu u Maya minn Birkirkara!
Għandna taħlita l-ġmiel tagħha kif tistgħu taraw! Birkirkara għandhom żewġ finalisti, Destiny u Maya li qiegħda fil-grupp FAITH. L-istess nistgħu ngħidu għal Mosta li għandhom lil Dav.Jr u lil Samira mill-grupp Bloodline!
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil parteċipanti kollha! Kurjużi biex naraw liem parteċipant jew parteċipanti ħa jkunu r-rebbieħa ta' din is-sena! Min jaf jekk hux ħa jkun hemm xi ċelebrazzjoni fil-lokalità tar-rebbieħ!
Is-sena l-oħra Michela, kellha merħba mill-isbaħ ġewwa Għawdex u saħansitra organizzaw kunċert!
Facebook / X Factor Malta