Il-proġett biex titlesta t-tieni Dar Bjorn għaddej ġmielu u nhar il-ħadd se ssir maratona b’risq dan il-proġett.
Imma din il-ħolma li Bjorn jibni t-tieni dar ma kienet faċli xejn. Bjorn kiteb post fejn żvela xi problemi li nqalgħu minn kemm ilu li beda dan il-proġett. Waħda mill-problemi kienet fil-blat għax waqt li bdew iħaffru spiċċa biex ċeda l-blat u minħabba f’hekk ma setgħux ikomplu jħaffru. Apparti dan, ma naqsu qatt l-ispejjeż għal dan il-proġett.
“Imma kull problema li kellna, minkejja li kienu ħafna, kollha b’xi mod jew ieħor solvejnihom u sibna soluzzjoni għalihom.”