Aktar suċċessi mill-programm X Factor Malta; din id-darba Justine li qiegħda fl-ewwel post fit-trending fuq You Tube. Ira Losco tellgħet post fuq facebook fejn qalet li oħra mit-tfajliet li tieħu ħsieb hi qed tagħmel suċċess. Il-ġimgħa l-oħra kienet Jasmine u issa, Justine.

Fl-aħħar show li ntwera ta' X Factor Malta, Justine tat wirja eċċezzjonali fuq il-palk fejn interpretat il-kanzunetta popolari Dance Monkey fost spettaklu b'umbrelel ikkuluriti. Iż-żeffiena li akkumpanjaw lil Justine huma dawk ta' Annalise Dance Studio. Kif viżibilment jidher, il-wirja tagħha ntlaqgħet tajjeb ferm fost ċapċip mill-pubbliku preżenti.

Ira saħqet li X Factor Malta għandu ħafna stilel li qed jinħolqu fosthom Justine Shorfid li għanda kariżma u talent impekkabbli. Awguri Justine.

Ritratt: Facebook/ Justine shorfid


Clifford Galea